Unusual Kindness … Innu/Kanzunetta għall-gimgħa ekumenika 2020


UNUSUAL KINDNESS – SONG ĠDIDA EKUMENIKA MINN MALTA

F’Jannar tas-sena d-dieħla, il-materjal għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara, ser jiġi  ppreparat minn Malta. It-tema meħuda mill-Atti tal-Appostli “AND THEY SHOWED US UNUSUAL KINDNESS”,  ġiet magħżula mill-Kumitat immexxi mill-Prof. Mons Hecor Scerri.  Joe C Aquilina ġie mitlub biex jikteb innu biex jintuża bħala riżorsa kull fejn tkun iċċelebrata din il-Ġimgħa ta’ Talb mad-dinja kollha.

Il-lirika tal-Innu/Kanzunetta li kiteb Joe hi speċi ta’ collage ta’ ħafna kwardi li mingħajr ma’ tagħmel riferenza diretta għan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, toffri sfida lill-Insara tal-lum biex iqumu mill-apatija u jservu lill-bqija tad-dinja.

Il-bidu mill-ewwel jitfgħek fix-xena ta’ meta elfejn sena ilu, il-Maltin kebbsu ħuġġieġa għal San Pawl u sħabu li kienu għadhom kemm salvaw mill-għarqa. “KINDLE A FIRE”.. min qed jiġi indirizzat? Għaliex hemm bżonnu? Huma l-anzjani u ż-żgħażagħ u .. kull min iġib l-isem ta’ Nisrani biex imħeġġa jagħtu s-sħana u d-dawl għax… IT’S GETTING DARKER, IT’S GETTING COLD.. l-isfidi tas-soċjetà moderna.

DON’T JUST STAY THERE … appell biex wieħed ma jibqgħax gallerija imma jmidd idu ħalli nservu ‘l bqija tal-umanità.   Forsi – b’daqxejn element ta’ sarkażmu – għad il-miljuni ta’ nies ikollhom ikantaw bil-ferħ dwar l-għajnuna straordinarja li irċevew minn dawk li jġibu l-Isem ta’ Kristu.

U meta l-kor jibda jkanta dwar dan, f’daqqa waħda nidħlu f’qoxritna, wiċċna jiħmar u jkollna nistqarru li ma jistħoqqilniex dan it-tifħir għax imħabbitna mhix daqshekk tanġibbli. U wara li tlabna KYRIE ELEISON, nitolbu wkoll biex Alla jkebbes fina nar li jbiddel qlubna. Eku tal-profezija: “Jien inbiddel il-qalb tal-ġebel tagħkom u nagħmilha qalb tal-laħam..”   (Eżekjel 11:19)

Fit-tieni parti tibda b’ ripetizzjoni tal-ewwel biċċa, imma din id-darba l-għajta KINDLE A FIRE hi fl-istess ħin talba lil Alla, bħalma tlabna għall-ħafna snin: “Kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek”.    U wara s-sejħa għall-azzjoni biex inqumu u naqdu, insibu stqarrija li f’Alla sibna l-ħniena u fih insibu l-enerġija biex inwettqu dan kollu.

Bi kważi ripetizzjoni tal-kor, din id-darba, dak li juri din l-“unusual kindness” hu Alla illi mis-superabbundanza tal-ħniena, ħlewwa u mogħdrija li wera magħna nistgħu nwasslu din l-imħabba divina f’termini umani lill-bqija tad-dinja.

UNUSUAL KINDNESS … il-mużika, ir-rekordjar u l-vidjo għamilhom PHILIP VELLA waqt li l-kant ħadu sehem Valentina Bezzina, Arthur Micallef, Nicky Balzan, Karen Vin Camilleri u l-awtur, Joe C Aquiiina.

Nisperaw f’Alla li dan ix-xogħol ikun ta’ fejda u jkun użat  mad-dinja kollha fix-xhur li ġejjin.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.