Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħ’Attard


L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Joseph Grech bħala l-Kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Ħ’Attard.

29-dun-joseph-grech.jpgDun Joseph Grech twieled fis-26 ta’ April 1970. Huwa rċieva l-edukazzjoni fl-iskola primarja tal-Mosta, l-edukazzjoni sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tal-Arti u fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1997.

Dun Joseph serva bħala serva bħala bħala viċi arċipriet fil-parroċċa ta’ Bormla (1997), arċipriet tal-parroċċa tal-Isla (2002) u arċipriet tal-parroċċa tas-Siġġiewi (2012) fejn ilu jservi għal dawn l-aħħar seba’ snin.

Il-parroċċa ta’ Ħ’Attard tiġbor fiha madwar 11,000 persuna f’3,300 familja.