Seminar mill-Kummissjoni Liturgika f’Għawdex


Wara l-programm ta’ formazzjoni li kien sar għall-Animaturi tal-Quddies f’Novembru li għadda, fuq suġġeriment ta’ xi wħud mill-parteċipanti, il-Kummissjoni Liturġika Djoċesana Għawdxija qed torganizza Seminar liturġiku bi tħejjija għar-Randan.

Is-Seminar se jsir nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar 2019 fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, bejn it-3.15pm u l-5.30pm.

Il-programm se jkun:

3.15pm: Talba tal-Għasar

3.30pm: Konferenza 1: Il-liturġija taż-Żmien tar-Randan

4.15pm: Pawsa Kafe’

4.30pm: Konferenza 2: Il-Liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa

5.15pm: Ħin għad-diskussjoni

Huma mistiedna l-Animaturi tal-quddies tal-Ħadd, Letturi, Kanturi u persuni oħra li jaqdu ministeri fil-Liturġija.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.