X’post għandu f’qalbna ħuna bil-ġuħ, marid jew fil-ħabs?

It-Tnejn, 18 ta’ Frar 2019: Kif għamel ma’ Kajjin, il-Mulej illum jistaqsi lilna wkoll: Fejn hu ħuk? Fl-omelija li għamel illum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku ħeġġiġna biex nagħtu tweġiba personali iżda mhux bil-kompromessi jew billi naħarbu mill-mistoqsija. Infatti, fakkar Franġisku, qed nitkellmu dwar il-marid, il-ħabsi, l-imġewwaħ, kif jgħidilna l-Vanġelu skont San Mattew, fil-kapitlu 25. Continue reading X’post għandu f’qalbna ħuna bil-ġuħ, marid jew fil-ħabs?

Evanġelju tat-Tlieta 19 ta’ Frar 2019

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 8, 14-21

Jekk fis-silta ta’ qabel din Ġesù jitniegħed bi frustrazzjoni u b’dispjaċir għar-ras iebsa tal-Fariżej li ddeċidew li jieħduha kontra kull kelma li toħroġ minn fommu u li baqgħu dejjem jirrifjutaw, anke jekk talbuh huma stess, kull sinjal mingħandu, f’dawn il-ftit vrus li jseħħu fuq dgħajsa tbaħħar fuq il-baħar tal-Galilija, nistħajlu lil Ġesù jitniegħed, għalkemm l-Evanġelista ma jgħidilniex ċar u tond, bi frustrazzjoni mqanqla mill-imħabba li kellu lejhom, għall-aljenazzjoni grassa tad-dixxipli tiegħu. Continue reading Evanġelju tat-Tlieta 19 ta’ Frar 2019

Evanġelju tat-Tnejn 18 ta’ Frar 2019

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Mk 8, 11-13

L-arroganza tagħhom ma setgħux iżommuha lura. Il-bniedem li jaħseb limiss is-sema b’idejh jasal biex ma jkunx jista’ jaħbi s-superjvja u r-ras iebsa tiegħu, anzi jsir kburi biha, jgħix biha, issir il-ħobżna ta’ kuljum meħtieġa għalih biex iżomm il-pożizzjoni li jaħseb li jkun kiseb. Continue reading Evanġelju tat-Tnejn 18 ta’ Frar 2019