Lectio Divina tas-7 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 6, 27 – 38): Il-Ħadd li għadda rajna kif Ġesu feraħ lid-dixxipli għax għamlu għażla tajba. L-aħħar “henjin” kienet għax se jiltaqgħu mal-persekuzzjoni minħabba li l-proposta ta’ Ġesu hi differenti minn dak li jiddettalna l-istint tagħna. Għalhekk ħafna jsibuha iebsa biex jaċċettawha. Jekk in-Nisrani jirraġuna u jitkellem bħal dawn, ħadd mhu se jkellmu. Imma jekk jinkarna l-Vanġelu f’ħajtu, se jheżżeż l-ordni stabbilit u l-imġieba ta’ dawk li qatt ma semgħu kliem Ġesu. Bil-fors se jiġi kkritikat, emarġinat jekk mhux ukoll ippersegwitat.  Kif se jġib ruħu n-Nisrani f’din is-sitwazzjoni?

aktar