F’Marzu 2019 se tiġi ppubblikata Eżortazzjoni Appostolika dwar is-Sinodu taż-Żgħażagħ


Fil-25 ta’ Marzu li ġej, meta tkun ċelebrata l-festa tat-Tħabbira tal-Mulej, il-Papa Franġisku se jżur Loreto fejn hemm devozzjoni kbira lejn il-Madonna. Dan tħabbar fi stqarrija ta’ Alessandro Gisotti, id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan. Dakinhar il-Papa mistenni joffri lill-Madonna, d-Dokument li ħareġ wara s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali li sar fil-Vatikan f’Ottubru li għadda.

tnx-14080-angelus_12Il-Papa Franġisku ser iżur is-Santwarju ta’ Loreto fejn jiċċelebra Quddiesa fid-Dar Qaddisa u fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jiffirma l-Ittra ta’ wara s-Sinodu, liż-Żgħażagħ.

Wara ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika ssir laqgħa mal-komunità tal-patrijiet Kapuċċini li jmexxu dan is-Santwarju devot fis-sagristija. Imbagħad il-Papa jiltaqa’ mal-morda fil-Knisja u wara joħroġ fil-bitħa tal-Knisja fejn mistennija tinġabar folla kbira ta’ fidili biex tisimgħu u titlob l-Angelus miegħu .

Ħajr lill-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Maria

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.