Dik it-tgħannieqa!

Darba xi ħadd qal: Jien il-passatemp tiegħi hu li ngħannaq u li nbus! Forsi, dak li jkun, jaf jiskomoda ruħu b’kumment bħal dan. Imma, u lil hinn minn kull polemika li, illum, fil-kuntest li fih qed ngħixu, kumment bħal dan jista’ joħloq, tgħannieqa mill-qalb hija tabilħaqq terapija mill-aqwa għal kulħadd! U, meta ngħid għal kulħadd, qed nifhem ngħid fil-verità u mingħajr esklużjoni ta’ ħadd u bl-inklużjoni ta’ kulħadd: hi tajba tassew għal kulħadd! Continue reading Dik it-tgħannieqa!