L-Ewwel Quddiesa għar-rikonċiljazzjoni ċċelebrata fil-knisja Siro-Kattolika ta’ Mosul


Il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2019: Wara ż-żmien twil ta’ okkupazzjoni ġiħadista f’Mosul, u iżjed minn tmintax-il xahar mill-ħelsien, ġiet iċċelebrata l-ewwel Quddiesa fil-Knisja Siro-Kattolika ta’ San Tumas fit-28 ta’ Frar. Għaliha kienu preżenti wkoll membri musulmani u oħrajn minn minoranzi mhux insara, f’sinjal ta’ rikonċiljazzjoni mixtieqa bejn id-diversi oqsma tal-popolazzjoni lokali.

Aqra iktar hawn: http://www.fides.org/it/news/65652-ASIA_IRAQ_Prima_Messa_per_la_riconciliazione_celebrata_nella_chiesa_siro_cattolica_di_Mosul_dopo_il_conflitto