Mill-Beata Adeodata Pisani nitgħallmu ngħixu r-rabta sħiħa ma’ Alla


It-Tnejn, 25 ta’ Frar 2019. Fl-omelija fil-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani, l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi fakkar li l-Beata Maria Adeodata ssejħet bir-raġun “ġawhra umli tal-ħajja kkonsagrata u monastika.

F’ħajjitha, ma għamlitx affarijiet straordinarji li għamlu storbju u ġibdu l-attenzjoni ta’ ħafna, imma fil-qadi tal-missjoni li Alla taha għexet ħajja mimlija. Hija għexet ħajja ta’ fedeltà sħiħa lejn is-sejħa li l-Mulej għamlilha biex tkun soru Benedittina. Kienet mill-iktar fidila lejn id-dmirjiet kollha tagħha.

Mons. Isqof semma tliet punti mill-ħajja tagħha li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalina llum. Huwa tkellem dwar ir-rabta sħiħa tagħha ma’ Alla u fl-Adorazzjoni hija sabet il-qawwa, l-enerġija, is-sostenn għall-ħajja tagħha. Kienet issib b’mod speċjali l-ferħ fis-sagramenti tal-Ewkaristija u tal-Penitenza, li kienet tqishom bħala għejun tal-grazzja.

Bħal Kristu, il-Beata Marija Adeodata fittxet li tgħix il-faqar billi hi stess ma tfittixx ħajja ta’ lussu, u billi tfittex li tkun ħaġa waħda ma’ min hu fil-bżonn. Għaliha x-xogħlijiet ta’ sagristana u ta’ infermiera kienu dawk preferuti għaliex kienu ħidmiet li kienu jgħaqqdu l-imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn. Kienet tagħmel ix-xogħol ta’ infermiera b’dedikazzjoni, u bis-sabar kollu.

Iltaqgħet ma’ ħafna nies fqar u tgħallmet sew il-Malti biex tkun tista’ tikkomunika magħhom. Lill-fqar kienet tlaqqagħhom, tgħallimhom il-katekiżmu u tqassam fosthom minn dak li ħalliet minn ġidha lill-monasteru għal dan l-iskop.

U fl-aħħarnett is-saħħa prekarja ta’ Marija Adeodata ħallietha dejjem konxja li l-ħajja hi qasira u tgħaddi malajr. Ma ħallietx il-mard tagħha jitfilha l-ħeġġa biex tgħix il-vokazzjoni tagħha u tagħmel il-ġid. Kienet konvinta li hemm lest għaliha l-ħajja ta’ dejjem fi ħdan it-Trinità Qaddisa.

Aqra d-diskors kollu hawn: https://laikosblog.org/2019/02/28/festa-beata-maria-adeodata-pisani/

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.