Isqof fil-Pakistan jappella għall-paċi bejn l-Indja u l-Pakistan

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2019: Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li hekk kif qed jikber ir-riskju ta’ gwerra oħra bejn il-Pakistan u l-Indja wara attakk mill-ajru fuq il-Pakistan nhar it-Tlieta li għadda, l-Isqof ta’ Hyderabad qed jappella għall-paċi bejn dawn iż-żewġ pajjiżi biex jitbiegħed ir-risku tal-gwerra. Continue reading “Isqof fil-Pakistan jappella għall-paċi bejn l-Indja u l-Pakistan”

Ittra tal-Papa fit-800 sena tal-laqgħa bejn San Franġisk u s-Sultan al-Malik al-Kāmil

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu 2019: Il-Vatikan ippubblika ittra miktuba mill-Papa Franġsiku lill-Kardinal Leonardo Sandri, prefett tal-Kongregazzjoni għall-Knejjes Orjentali, il-mibgħut speċjali tiegħu għaċ-ċelebrazzjonijiet li qed isiru fl-Eġittu bejn illum il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu, fit-tmien ċentinarju tal-laqgħa bejn San Franġisk u s-Sultan al-Malik al-Kāmil. Continue reading “Ittra tal-Papa fit-800 sena tal-laqgħa bejn San Franġisk u s-Sultan al-Malik al-Kāmil”

Lectio Divina għall-Ewwel Ħadd tar-Randan, Sena “Ċ”

Vanġelu: (Lq 4, 1-13): Meta naħsbu fuq ix-xitan, inpinġu mostru tal-biża’. Kieku jippreżenta ruħu hekk, ħadd ma jisma’ minnu. Il-gwaj hu li juri ruħu f’forma attraenti, u mhux kulħadd jinduna bil-maskri li jinħeba warajhom. Jiġi jsefsiflek: “Jien nixtieqlek il-ġid. Irridek tkun ferħan. Mela għamel kif ngħidlek.” Fil-Ġenesi, hu mpinġi bħala serp. Mhux għall-velenu li jista’ jtina imma għax, peress li jbiddel qoxortu kull sena, kienu jaħsbu li jġedded ħajtu mill-ġdid, u b’hekk jgħix għal dejjem. F’xi kulturi, allura, is-serp kien meqjuż li kellu s-sigriet tal-ħajja ta’ dejjem, u kellu l-qawwa li din jagħtiha lil min irid. Continue reading “Lectio Divina għall-Ewwel Ħadd tar-Randan, Sena “Ċ””