Programm tal-festa tal-VERĠNI MARIJA ANNUNZJATA u ta’ SAN ĠUŻEPP GĦARUS TAL-B.V.M. fil-Knisja tal-Lunzjata, Għawdex (15-25 ta’ Marzu 2019):
Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu : Bidu tan-Novena
Fil-4.10pm : Rużarju
Fil-4.30pm : Quddiesa bil-kant, kurunella f’gieħ l-Annunzjazzjoni tal-Beata Verġni Marija, u Barka Sagramentali.
Is-Sibt, Il-Ħadd u t-Tnejn 16-18 ta’ Marzu:
Tridu bi tħejjija għall-festa ta’ San Ġużepp.
Fl-4.10pm Rużarju bil-Litanija ta’ San Ġużepp.
Fl-4.30pm: Quddiesa bl-omelija mir-Rev. Dun Simon Cachia. Wara kurunella u Barka Sagramentali
It-Tlieta 19 ta’ Marzu: Festa ta’ San Ġużepp
Fit-3.30pm: Espożizzjoni Solenni tal-Ewkaristija għall-Adorazzjoni fis-skiet
Fl-4.00pm : Rużarju Meditat bil-Litanija ta’ San Ġużepp
Fl-4.30pm: Quddiesa kantata bl-omelija dwar San Ġużepp Għarus Kastissimu tal Verġni Marija, mir-Rev. Dun Simon Cachia. Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali
L-Erbgħa 20 ta’ Marzu : Jum il-Bdiewa
Fl-4.10pm: Rużarju
Fl-4.30pm: Mons. Carmelo Borg imexxi quddiesa bis-sehem tal-bdiewa li jaħdmu r-raba’ f’Wied il-Lunzjata. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-Tberik Ritwali tal-Bdiewa , Kurunella u Barka Sagramentali. Jieħu sehem il-Grupp tal-Kitarri tal-Parroċċa ta’ Kerċem
Il-Ħamis 21 ta’ Marzu: Jum Il-Familja
Fl-4.10pm: Rużarju tal-Familja b’meditazzjonijiet tal-Isqof Nikol Ġ. Cauchi.
Fl-4.30pm: Quddiesa bil-kant, kurunella u Barka Sagramentali.
TRIDU BI TĦEJJIJA GĦALL-FESTA TA’ MARIJA ANNUNZJATA
IL-Ġimgha 22 ta’ Marzu : Jum il-Vokazzjonijiet
Fl-4.10pm: Rużarju u Talba għall-Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi.
Fl-4.30pm: Quddiesa bl-omelija dwar “Marija Annunzjata xempju għalina ta’ kif għandna nwieġbu għas-sejħat tal-Mulej”, mir-Rev. Dun Gabriel Gauci, Viċi-Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex. Wara kurunella u Barka Sagramentali
Is-Sibt 23 ta’ Marzu: Jum iż-Żgħażagħ
Fl-4.10pm: Rużarju
Fl-4.30pm: Qudddiesa bl-omelija dwar il-Verġni Marija Annunzjata mir-Rev. Kan. Dun Gwann Muscat Kappillan tal-Fontana, bis-sehem taż-żgħażagħ ta’ dik il-Parroċċa. Wara kurunella u Barka Sagramentali
Il-Ħadd 24 ta’ Marzu : Lejlet il-Festa u Jum il-Benefatturi
Fl-4.10pm: Rużarju u talb għall-benefatturi tal-Kappella ħajjin u mejtin.
Fl-4.30pm: Translazzjoni tar-relikwija tal-Madonna li titmexxa mir-Rev. Mons. Pawlu Cardona bis-sehem tal-komunita ta’ Santa Luċija. Wara quddiesa bl-omelija dwar Marija Annunzjata, kurunella u Barka Sagramentali.
It-TNEJN 25 TA’ MARZU : JUM IL-FESTA U JUM IL-ĦAJJA
Il-Quddies ikun: fis-6.00am; fit-8.00, fid-9.00; fl-10.00; fil-11.00; f’12.00pm; fit-3.00; fl-4.30; fil-5.00 u fis-6.15
Fis-6.00am: Quddiesa mir-Rettur Mons. Carmelo Borg bis-sehem tas-Sorijiet Karmelitani tal-Parroċċa ta’ Kercem
Fis-6.30am: Liturġija tas-Salmi ta’ Sbiħ il-Jum bis-sehem tas-Sorijiet Karmelitani
Fit-8.00am: L-Arċipriet il-Kan. Dun Frankie Bajada jmexxi pellegrinagg mill-parroċċa ta’ Għajnsielem
Fid-9.00am: Quddiesa bl-omelija minnn Mons. Franġisk Debrincat. Fi tmiem il-quddiesa ssir Preżentazzjoni lill-Madonna ta’ grupp ta’ tfal tal-Ewwel Tqarbina mill-Iskola Santa Tereża
Fl-10.00am: Quddiesa mill-Kan. Dun Rueben Micallef. Wara l-quddiesa jsir it-tberik ta’ grupp ta’ tfal li gejjin mill-Iskola Primarja PeterPaul Grech Gozo College Ta’ Kercem
Fil-11.00am: Pellegrinagg mill-Parroċċa tal-Għarb immexxi mill-Arċipriet Mons. Trevor Sultana
F’12.00pm: Quddiesa mill-Kan. Dun Brian Meylak, Kappillan ta’ Kerċem. Fi tmiem il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni lill-Madonna ta’ għadd ta’ tfal mill-parroċċa ta’ Kerċem li din is-sena ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina
Minn-12.30-300pm : Adorazzjoni fis-skiet
Fit-3.00pm L-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo jmexxi pellegrinagg mill-parroċċa tax-Xagħra
Fl-4.30pm: Pellegrinaġġ mill-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb (taċ-Ċawla, Victoria) immexxi mir-Rettur il-Kan. Dun Eddie Zammit.
Fil-5.00pm: L-Arċipriet il-Kan. Dun Ġwann Sultana jmexxi pellegrinaġġ mill-parroċċa taż-Żebbuġ
Fis-6.15pm.: Quddiesa Pontifikali bl-omelija dwar il-Vergni Marija Annunzjata mill-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex. Wara Antifona, Supplika Favur il-Ħajja lil Marija Annunzjata, u Barka Sagramentali. Għal din iċ-ċelebrazzjoni mistiedna id-Direzzjoni tad-Dar Ġużeppa Debono. Mistiedna b’mod speċjali n-nisa li jixtiequ jkollhom jew li qegħdin jistennew tarbija.
Fil-funzjonijiet tat-Tridu u tal-Festi ta’ San Ġużepp u ta’ Marija Annunzjata, il-mużika tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Carmelo Grech