Il-bidu tar-Randan u riflessjoni għall-40 jum li ġejjin


It-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2019: Għada l‑Erbgħa, 6 ta’ Marzu 2019, il‑Knisja tagħti bidu għar‑Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ‑ċelebrazzjoni tal‑Passjoni, il‑Mewt u l‑Qawmien mill‑mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

CURIA_FILE_PHOTO.155178381015

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l‑Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir‑Randan fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:30 p.m. Il‑Quddiesa tinkludi t‑tberik u t‑tqegħid tal‑irmied. Dawk kollha li jaħdmu l‑Belt Valletta jew jinzertaw il‑Belt huma mistiedna jattendu.

Matul ir‑Randan, il‑Knisja tħeġġeġ lill‑Insara biex jaqraw il‑Kelma ta’ Alla, jieħdu sehem fis‑sagramenti u jattendu l‑eżerċizzi spiritwali. Il‑Knisja tfakkar ukoll li f’Ras ir‑Randan u nhar il‑Ġimgħa l‑Kbira, kull min għalaq it‑18‑il sena u għadu ma daħalx fis‑60 sena u mhux skużat minn xi raġuni serja, għandu d‑dmir li jsum, waqt li kull min għalaq l‑14‑il sena għandu l‑obbligu jastjeni milli jiekol laħam jew ikel ieħor li jogħġbu ħafna. Filwaqt li tinkuraġġixxi l‑penitenza fi żmien ir‑Randan, il‑Knisja tixtieq tfakkar li fost il‑jiem u ż‑żminijiet tal‑penitenza hemm il‑jum tal‑Ġimgħa matul is‑sena kollha.

Il‑Papa Franġisku, f’diskors li għamel nhar il‑Ħadd li għadda, ħeġġeġ lill‑Kattoliċi sabiex matul dan ir‑Randan jirriflettu fuq kif jittrattaw lil dawk ta’ madwarhom: “Kif inġib ruħi ma’ nies oħra? Jiena ipokrita meta nitbissem lil xi ħadd u minn wara dahru nikkritikah u nkissru b’ilsieni?” staqsa l‑Papa. Il‑Papa qal ukoll li jekk jasal l‑Għid il‑Kbir u nkunu kkritikajna inqas lill‑oħrajn u naqqasna z‑zekzik, “il‑qawmien ta’ Ġesù jidher aktar sabiħ u ikbar fostna”.

Il‑Papa tkellem ukoll dwar dan fil‑messaġġ tiegħu għar‑Randan ta’ din is‑sena fejn qal: “Insumu, jiġifieri nitgħallmu nibdlu l‑imġiba tagħna mal‑oħrajn u mal‑ħolqien: mit‑tentazzjoni li ‘nibilgħu’ kollox biex nissodisfaw il‑kilbiet tagħna, għall‑ħila li nbatu għall‑imħabba, li tista’ timla l‑vojt tal‑qalb tagħna. Nitolbu biex nagħrfu niċħdu l‑idolatrija u l‑awtosuffiċjenza tal‑jien tagħna, u nistqarru li aħna fil‑bżonn tal‑Mulej u tal‑ħniena tiegħu. Nagħmlu karità biex nistgħu noħorġu mill‑bluha li ngħixu u niġimgħu l‑ġid kollu għalina nfusna, fl‑illużjoni li b’hekk se niżguraw futur li mhuwiex tagħna. Hekk insibu mill‑ġdid il‑ferħ ta’ dak il‑pjan li Alla qiegħed fil‑ħolqien u fil‑qalb tagħna, dak li nħobbu lilu, lil ħutna u lid‑dinja kollha, u f’din l‑imħabba nsibu l-vera hena”.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.