Kolombja Expocatolica 2019: “inkomplu l-mixja flimkien”


L-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2019: “Fl-Evanġelju, il-Mulej jgħidilna li aħna d-dawl tad-dinja u li d-dawl m’għandux jitqiegħed taħt is-siegħ iżda fuq l-imnara u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar”. (Matthew 5:15). Dan hu li qed tipproponi l-Expocatolica.

Capture

Ser nuru l-għemmejjel kotrana tal-Knisja f’tant kampijiet ta’ ħidma, mhux biss fix-xandir tal-Kelma iżda wkoll bl-impatt soċjali tal-Evanġelju.” Hekk stqar il-Kardinal Ruben Salazar, Arċisqof ta’ Bogota, Kolombja, fl-istedina tiegħu għall-Expocatolica Internazzjonali 2019.

Bejn is-7 u l-10 ta’ Marzu, madwar 160 eżibitur mill-Kolombja u pajjiżi oħra bħal Messiku, Spanja, il-Venezwela, u l-Ekwador, ser jippreżentaw esperjenzi kreattivi u innovattivi tal-Knisja.

Aqra iktar hawn:
http://www.fides.org/en/news/65677-AMERICA_COLOMBIA_Expocatolica_2019_a_great_meeting_space_to_continue_to_walk_together