Benin – L-appell tal-Isqfijiet għar-Randan: “Ejjew insumu mill-gideb”


Il-Ħamis 7 ta’ Marzu 2019. Sawm mill-gideb li jgħarraq u jivvalena r-relazzjonijiet. Dan hu dak li qed jipproponu għal matul dan ir-Randan l-Isqfijiet tal-Benin. Fil-messaġġ tagħhom, isejħu l-poplu għas-silenzju u s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, silenzju li għandu jinkludi wkoll l-mezzi soċjali.

F’messaġġ bit-titlu “il-verità teħliskom”, l-Isqfijiet saħqu dwar il-Kelma divina li kapaċi “tbiddel il-ħsibijiet, il-kliem u l-għemejjel” fuq livell personali u soċjali.

Aqra iktar hawn:
http://www.fides.org/en/news/65685-AFRICA_BENIN_Bishops_appeal_for_Lent_Let_us_fast_from_lies