Fl-Iskola ta’ Marija

Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi lill-Grupp Kultura Marjana – 26 ta’ Frar 2019 fil-Knisja ta’ San Ġakbu, Valletta

Il-Grupp Kultura Marjana twaqqaf bl-iskop li jħeġġeġ fil-membri l-imħabba lejn Marija u l-apprezzament għad-devozzjoni Marjana kif espressa fil-kultura Maltija, speċjalment fil-patrimonju artistiku li għandna. Għalhekk isiru żjarat lil diversi santwarji Marjani f’Malta u f’Għawdex, li għandhom tant espressjonijiet sbieħ ta’ mħabba lejn Marija. Continue reading Fl-Iskola ta’ Marija