L-Ibliet irridu jiskopru mill-ġdid il-vokazzjoni universali tagħhom


L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019. Patri Bernardo Francesco Maria Gianni lbieraħ mexxa l-meditazzjoni fir-raba’ jum tal-irtir ta’ Papa Franġisku u l-Kurja Rumana. Patri Bernardo tkellem dwar il-ħtieġa tal-Ibliet tad-dinja kolla li jiskopru mill-ġdid il-vokazzjoni universali tagħhom li jkunu xbiha ta’ Ġerusalem tas-sema hawn fl-art; postijiet ta’ rikonċiljazzjoni, paċi u laqgħa.

Patri Gianni silet ħafna mill-meditazzjoni tiegħu minn dak li kien jemmen il-Venerabbli Giorgio La Pira, sindku ta’ Firenze, dwar il-ħolma ta’ Alla li fid-dinja jkun hawn belt li tkun xbiha ta’ Ġerusalem tas-sema.

Aqra iktar hawn:
https://www.indcatholicnews.com/news/36698