Tnehdija tal-ktieb “Jien s’hawn nista’”


Nhar il-Ġimgħa, 26 t’April 2019 fis-7.00pm sejra ssir it-tnehdija tal-ktieb Jien s’hawn nista’”. Martinu Luteru. Riforma jew riforma? tal-Professur P. Salvinu Caruana Agostinjan, fil-Kunvent S. Wistin ir-Rabat, Għawdex. Kulħadd mistieden. Dħul b’xejn.

Il-ktieb sejjer jitħadded dwaru r-Revdmu Monsinjur Professur Hector Scerri, Viċi Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta. Wara jkun hemm riċeviment.

Il-ktieb sejjer ikun għall-bejgħ għall-prezz ta’ €25, minflok €30 (qoxra ħoxna, bil-jacket, €35 flok €40). Kull min jixtri l-ktieb jingħata pubblikazzjoni oħra ta’ P. Salvinu b’xejn.