Il-Papa f’Santa Marta: Imitaw il-ħniena tal-Mulej u l-bwiet iżżommuhomx magħluqa

It-Tnejn 18 ta’ Marzu 2019: Dalgħodu, il-Qdusija Tiegħu Franġisku għamel riflessjoni dwar il-ħniena t’Alla u offra ftit suġġerimenti dwar kif nistgħu ngħejxu ż-żmien tar-Randan fil-milja tiegħu. Ma niġġudikawx lill-oħrajn, ma nikkundannawx, naħfru: b’hekk inkunu qed nimitaw il-ħniena tal-Missier. Fil-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta llum, il-Papa Franġisku fakkar li biex ma niżbaljawx fil-ħajja jeħtieġ li “nimitaw” lil Alla, nimxu dejjem fil-preżenza tal-Missier. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Imitaw il-ħniena tal-Mulej u l-bwiet iżżommuhomx magħluqa”

Marokk: Insara Marokkini jappellaw lil Papa għal iktar libertà reliġjuża fil-pajjiż

Il-Papa Franġisku ser ikun qed jagħmel vjaġġ appostoliku fil-Marrokk bejn it-30 u l-31 ta’ Marzu 2019. In-numru tal-imgħamdin fil-Marrok huwa biss 1.1% tal-popolazzjoni, jiġifieri, madwar 380,000 minn 33.6 miljun persuna. Ir-reliġjon prinċipali hija l-Iżlam. Continue reading “Marokk: Insara Marokkini jappellaw lil Papa għal iktar libertà reliġjuża fil-pajjiż”