Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu 2019: F’għeluq it-tielet sena mill-mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, illum il-Ħamis, 21 ta’ Marzu, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Il-Quddiesa ser issir fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina u tibda fis-6pm. Continue reading “Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca”

50 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.

L‑Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑50 sena mill‑Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Din ser issir nhar il‑Ħadd 24 ta’ Marzu 2019, fil‑5:30 p.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Continue reading “50 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.”

L-Isqof Mario Grech fil-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni presbiterali ta’ Mons. Pawlu Cremona OP

Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu 2019: Messaġġ mill-Isqof Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni presbiterali ta’ Mons. Pawlu Cremona OP, Arċisqof emeritu ta’ Malta. Continue reading “L-Isqof Mario Grech fil-50 anniversarju mill-Ordinazzjoni presbiterali ta’ Mons. Pawlu Cremona OP”