Adorazzjoni Ewkaristika matul April 2019


Wasalna ghall-quċċata tas-Sena Liturġika: Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Misteru tal-Fidwa tagħna –Il-Misteru Paskali – il-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej. Jalla miegħu ngħaddu aħna wkoll mill-proċess ta’ mewt għall-ħajja. Dan għandu jkun proċess kontinwu tul ħajjitna; Metamorfosi li tibqa’ għaddejja – Metanoia – konverżjoni kontinwa. Din hi l-ħajja tan-Nisrani – sa ma niksbu l-perfezzjoni fi Kristu Sidna.

L-ERBGĦA 3 t’ APRIL
Pellegrinagg Annwali lir-Redentur tal-Isla Bażilika Marija Bambin Isla
Niltaqgħu fid-9.40 am 10.00 am: Quddiesa; Wara Adorazzjoni

L-ERBGĦA 3 t’ APRIL
Kappella Sorijiet Ursolini Tas Sliema Fil-5.00 pm: Adorazzjoni Wara Quddiesa

IL-ĦAMIS 4 ta’ APRIL
Parrocca Madonna ta’ Lourdes – SAN ĠWANN Fit-8.30 am Quddiesa u wara Adorazzjoni

IL-ĠIMGĦA 5 t’ APRIL
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara Fid-9.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 5 t’ APRIL
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Parroċċa tal-Qrendi – appuntament annwali Fit-3.00 pm: Adorazzjoni

It-TNEJN 8 t’ APRIL
Istitut San Ġużepp Sorijiet Dumnikani Ħaż-Żabbar Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 9 t’ APRIL
Dar tal-Anzjani Santa Katerina Ħ’Attard Fil-9.45 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 10 t’ APRIL
Santwarju Madonna tal-Ħerba – Birkirkara Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĦAMIS 11 t’ APRIL
Monasteru San Pietru L-Imdina Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 12 t’ APRIL
Festa: Marija Addolorata Istitut Ġesù Nazarenu Iż-Żejtun Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TNEJN 15 t’ APRIL
Santwarju Madonna tas-Samra – il-Hamrun Fil-11.00 ta’ fil-għodu – f’nofs in-nhar Quddiesa

IT-TLIETA 16 t’ APRIL
Kappella San Ġużepp Ħaż-Żebbuġ Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 17 t’ APRIL
Knisja Madonna ta’ Fatima – G’Mangia
9.00 am: Quddiesa u wara Adorazzjoni

IT-TNEJN 22 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir Kripta San Bastjan Ħal Qormi
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 23 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir
Ċentru Santa’Andrija Tarġa Gap Il-Mosta Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

L-ERBGĦA 24 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir L-Ewwel Udjenza ta’ Marija Santwarju Madonna Tal-Karmnu – l-Belt Valletta
Fid-9.40am Purċissjoni interna bil-kwadru ;
10.00 am: Quddiesa bis-Supplika u wara Adorazzjoni

IL-ĦAMIS 25 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir Madonna ta’ Pompej – Victoria, Għawdex
Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IL-ĠIMGĦA 26 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir
Santwarju Hniena Divina Naxxar appuntament annwali Fid-9.30 am: Quddiesa, Wara l-Adorazzjoni.

IL-ĠIMGĦA 26 t’ APRIL
Fl-Ottava tal-Għid il-Kbir
Knisja Sant’Anna Iż-Żebbiegħ l/o Imġarr
5.30 ta’ fil-għaxija : Adorazzjoni fis-6.30 : Quddiesa

IL-ĦADD 28 t’ APRIL
Festa: Ħniena Divina Santwarju Madonna Tal-Mellieħa
Fis-7.00 pm.

IT-TNEJN 29 t’ APRIL
Sorijiet Ġesù Nazzarenu Marsaxlokk Mill-10.00 sal-11.00 ta’ fil-għodu

IT-TLIETA 30 t’ APRIL
Pax et Bonum Il-Mosta Wara l-Quddiesa tad-
9.00 ta’ fil-għodu

Ara Poster bil-kulur minn hawn: 04 KALENDARJU ADOR.APRIL 2019 BIL-KULUR

Ara Poster dwar l-Erbgħa 3 t’April 2019: 03 Redentur Isla 2019