Arġentina: Attivitajiet fil-pajjiż kollu favur id-dritt għall-ħajja mill-konċepiment


It-Tnejn 25 ta’ Marzu 2019. Wara li saru mixjiet f’madwar seba’ ibliet fejn il-poplu Arġentin semma’ leħnu favur id-dritt għall-ħajja sa mill-konċepiment, illum l-Arċisqof ta’ Buenos Aires, il-Kardinal Mario Aurelio Poli, ser ikun qed jiċċelebra Quddiesa u jmexxi t-talba tar-“Rużarju għall-ħajja” fil-Katitdral Metropolitan.

54519450_2085038314948951_449056848184606720_n

Illum, il-parroċċi flimkien mal-komunitajiet reliġjużi u lajċi kollha huma mistiedna biex jiċċelebraw Quddiesa u jitolbu r-Rużarju b’din l-intenzjoni: “biex nilqgħu l-ħajja u ngħożżuha bħala rigal sagru”.

Sa mill-1999, fl-Arġentina, il-Festa Liturġika tat-Tħabbira, li tiġi ċċelebrata fil-25 ta’ Marzu, jiġi ċċelebrat ukoll “Il-Jum tat-trabi li għadhom mhux imwielda”.

Aqra iktar hawn:
http://www.fides.org/en/news/65779-AMERICA_ARGENTINA_March_25_mobilization_in_the_country_for_the_right_to_life_since_conception