Il-Katidral tal-Imdina ser jiftaħ il-lejl kollu għall-qrar


Minn nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ Marzu fis-7pm sas-Sibt, 30 ta’ Marzu fit-8am, għadd ta’ saċerdoti se jkunu fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina sabiex joffru l-possibbiltà tas-Sagrament tal-Qrar.

54041430_2322395058038315_316327485266460672_n_mahfra.155359306457.jpg

Matul din l-attività bl-isem ta’ 24 siegħa għall-Mulej, il-katidral se jibqa’ miftuħ matul il-lejl kollu.

Din kienet inizjattiva tal-Papa Franġisku li talab lill-knejjes madwar id-dinja sabiex fejn hu possibbli, jiddedikaw 24 siegħa sħaħ għas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni f’kuntest ta’ adorazzjoni Ewkaristika. F’kull djoċesi madwar id-dinja se jkun hemm minn tal-inqas knisja waħda miftuħa matul il-lejl biex toffri riflessjonijiet, kant, qrar u spazju ta’ skiet quddiem Ġesù Sagramentat.

“24 siegħa għall-Mulej” qed tiġi organizzata mis-seminaristi bl-għajnuna tal-Kapitlu Metropolitan.