Skopru mill-ġdid ir-rabta sfiqa bejn il-Vanġelu u l-identità kulturtali tagħkom.

L-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019: F’laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni ta’ parlamentari mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika Slovakka, il-Papa Franġisku ħeġġiġhom biex jerġgħu jirrikorru għall-valuri nsara biex jibnu soċjetà akkoljenti u solidali.  Il-Vanġelu, qalilhom il-Papa, ma jdgħajjifx l-element awtentiku tal-kulturi lokali imma jgħin biex jitqiegħedu fis-seħħ il-ġid, il-verità u s-sbuħija. Continue reading “Skopru mill-ġdid ir-rabta sfiqa bejn il-Vanġelu u l-identità kulturtali tagħkom.”

L-istorja ta’ Mario Enzler, gwardja Svizzera fi żmien Papa Ġwanni Pawlu II

“Il-Papa kien tassew raġel, raġel ta’ kuraġġ enormi” jirrakonta Enzler. “Kien komunikatur kbir, profondament intelletwali u spiritwali u kien kontinwament iħeġġeġ biex ‘inkunu iktar’. Il-Fidi tiegħu ma kienitx emozzjoni iżda frott il-laqgħa personali tiegħu ma’ Ġesu. U jien ridt ikolli dak li kellu hu.” Continue reading “L-istorja ta’ Mario Enzler, gwardja Svizzera fi żmien Papa Ġwanni Pawlu II”

Kunċerti fi żmien ir-Randan mill-kor tal-Katidral Metropolitan

Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral Metropolitan, ser ikun qiegħed jagħti żewġ kunċerti għal żmien il‑passjoni bl‑isem ‘Miserere’. Il‑kunċerti, taħt id‑direzzjoni tal‑Maestro di Cappella Christopher Muscat, ser ikunu qed jittellgħu fiż‑żewġ residenzi tal‑kor nhar il‑Ġimgħa 5 ta’ April fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, kif ukoll it‑Tnejn 15 ta’ April fil‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar. Continue reading “Kunċerti fi żmien ir-Randan mill-kor tal-Katidral Metropolitan”