Ftuħ tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni ta’ Brother Louis Camilleri F.S.C.

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Marzu 2019: Il‑Knisja f’Malta se tagħti bidu għall‑kawża tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Bro. Louis Camilleri F.S.C. Dan wara li l‑Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ t‑talba ta’ Bro. Rodolfo Cosimo Meoli, Postulatur Ġenerali tal‑Ordni tal‑Aħwa tal‑Iskejjel Insara, biex jitwaqqaf tribunal li jisma’ l‑kawża tiegħu. Continue reading Ftuħ tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni ta’ Brother Louis Camilleri F.S.C.

Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu 2019, il-parroċċa ta’ Marija Bambina fl-Isla, se torganizza l-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa mirakuluża tar-Redentur, immexxi mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa fil‑knisja parrokkjali. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6pm. Continue reading Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla