Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu 2019, il-parroċċa ta’ Marija Bambina fl-Isla, se torganizza l-pellegrinaġġ penitenzjali tar-Randan bl-istatwa mirakuluża tar-Redentur, immexxi mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Fi tmiem il-pellegrinaġġ, l-Arċisqof se jiċċelebra Quddiesa fil‑knisja parrokkjali. Il-pellegrinaġġ jibda fis-6pm. Continue reading “Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur fl-Isla”

Il-Papa f’Santa Marta: Il-Qalb iebsa titlef il-fedeltà, tikkalunja lill-Mulej

Il-Ħamis, 28 ta’ Marzu 2019: Illum il-Papa għamel stedina qawwija għall-konverżjoni waqt l-omelija tal-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Fir-riflessjoni dwar il-qari tal-ġurnata l-Papa widdeb li l-qalb li ma tismax leħen il-Mulej għal jiem, xhur u snin, issir qiesha art niexfa, mingħajr ilma, tibbies. Tant hu hekk li kull meta jiġrilha xi ħaġa ħażina twaħħal fil-Mulej u tikkalunjah. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Il-Qalb iebsa titlef il-fedeltà, tikkalunja lill-Mulej”