Pellegrinaġġ ta’ grupp ta’ priġunieri għas-santwarju nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu

It-Tnejn, 1 ta’ April 2019: Nhar is-Sibt 6 ta’ April 2019, grupp ta’ priġunieri mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin se jagħmlu Pellegrinaġġ għas-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Fl-10.00am huma se jieħdu sehem f’quddiesa apposta, li se tkun immexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

Continue reading “Pellegrinaġġ ta’ grupp ta’ priġunieri għas-santwarju nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu”

Lectio Divina tal-5 Ħadd tar-Randan. Sena “Ċ”

Vanġelu (Ġw 8, 1-11): Is-silta tal-lum ma kontx issibha fil-Vanġelu fl-ewwel 200 sena. Dan għaliex in-numru ta’ Nsara beda jikber ġmielu u ħafna bdew jgħixu ħajja ta’ xejn mhu xejn. Għalhekk il-Knisja adottat pastorali aktar riġida: ma kinitx taħfer tliet dnubiet: ċaħda tal-fidi, qtil u adulterju. Min ikun ħati t’hekk, kien ikun eskluż mill-komunita’. Għalhekk ma setgħux jaċċettaw il-kliem ta’ Ġesu: “L-anqas jien ma nikkundannak.” Maż-żmien irranġaw l-affarijiet, u dis-silta sabet postha f’S. Ġwann, għalkemm ħafna biblisti jaqblu li kitibha Luqa għax tinħass in-nuqqas tagħha fl-aħħar tal-Kapitlu 21. Continue reading “Lectio Divina tal-5 Ħadd tar-Randan. Sena “Ċ””

Pakistan: Għall-Insara fil-Pakistan l-2020 ser tkun “is-Sena taż-Żgħażagħ”

It-Tnejn 1 ta’ April 2019. Bi tweġiba għall-isfidi li ssemmew fis-Sinodu taż-Żgħażagħ, il-Knisja fil-Pakistan temmen li l-ġenerazzjonijiet li tilgħajn “jistgħu jippromwovu l-Evanġelju tal-paċi permezz ta’ ħbiberija u kommunjoni bejn żgħażagħ minn diversi reliġjonijiet, gruppi etniċi u kulturi” skont l-Arċisqof ta’ Islamabad Mons. Joseph Arshad.
Continue reading “Pakistan: Għall-Insara fil-Pakistan l-2020 ser tkun “is-Sena taż-Żgħażagħ””