Lectio Divina tal-5 Ħadd tar-Randan. Sena “Ċ”

Vanġelu (Ġw 8, 1-11): Is-silta tal-lum ma kontx issibha fil-Vanġelu fl-ewwel 200 sena. Dan għaliex in-numru ta’ Nsara beda jikber ġmielu u ħafna bdew jgħixu ħajja ta’ xejn mhu xejn. Għalhekk il-Knisja adottat pastorali aktar riġida: ma kinitx taħfer tliet dnubiet: ċaħda tal-fidi, qtil u adulterju. Min ikun ħati t’hekk, kien ikun eskluż mill-komunita’. Għalhekk ma setgħux jaċċettaw il-kliem ta’ Ġesu: “L-anqas jien ma nikkundannak.” Maż-żmien irranġaw l-affarijiet, u dis-silta sabet postha f’S. Ġwann, għalkemm ħafna biblisti jaqblu li kitibha Luqa għax tinħass in-nuqqas tagħha fl-aħħar tal-Kapitlu 21.

aktar