Il-Mass Media għandha rwol fix-Xandir tal-Evanġelju


It-Tlieta 2 ta’ April. “Inħeġġeġ lill-ġurnalsiti u komunikaturi Nsara biex jwasslu dejjem il-verità dwar dak li jkun qed jiġri fis-soċjetà; huwa d-dmir tagħhom li jagħmlu l-Aħbar t-Tajba attwali għas-soċjetà moderna.”

Dan kien kliem Mons. Arċisqof Philip Anyolo, president tal-Kummissjoni għal-Kommunikazzjoni Soċjali tal-Assoċazzjoni tal-Membri tal-Konferenza Episkopali fl-Afrika tal-Lvant. Fi tmiem kors ta’ taħriġ dwar id-dinja diġitali, l-Arċisqof indirizza b’mod speċjali liż-żgħażagħ preżenti u tenna li “f’dinja fejn it-teknoloġija qed tevolvi l-ħin kollu, il-Knisja trid tkun preżenti u ppreparata li tuża dan il-mezz għall-evanġeliżżazzjoni.”

Aqra iktar hawn:
http://www.fides.org/en/news/65822-AFRICA_KENYA_Archbishop_Anyolo_Mass_media_have_the_task_of_communicating_the_Gospel