Il-Papa lill-ġurnalist: Irrappurtaw il-fatti, iddjalogaw u rrispettaw id-dinjità tal-persuna umana.

L-Erbgħa 10 ta’ April 2019: Il-Papa Franġisku kellu udjenza ma’ grupp ta’ ġurnalisti Ġermaniżi fil-Vatikan.  Fid-diskors li għamlilhom saħaq ħafna li għandhom jirrappurtaw il-fatti, jiddjalogaw u jirrispettaw id-dinjità tal-persuna umana. Continue reading “Il-Papa lill-ġurnalist: Irrappurtaw il-fatti, iddjalogaw u rrispettaw id-dinjità tal-persuna umana.”

Il-President tenna l-pożizzjoni tiegħu favur il-ħajja

L-Erbgħa 10 ta’ April 2019: In-Nunzju Appostoliku ta’ Malta Alessandro D’Errico qal li l-President George Vella reġa’ saħaq il-poiżizzjoni tiegħu favur il-ħajja skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika. Huwa qal dan f’intervista esklussiva ma’ Newsbook.com.mt wara l-ewwel laqgħa kordjali li kellu mal-President il-ġdid ilbieraħ filgħodu. Continue reading “Il-President tenna l-pożizzjoni tiegħu favur il-ħajja”

Unplanned – jikseb suċċess kbir

It-Tlieta 9 ta’ April 2019: Għat-tieni ġimgħa mill-ħruġ tiegħu l-film Unplanned qed jikseb suċċess kbir tant li għaġġeb lill-osservaturi tal-industrija tal-films. Il-film Unplanned jittratta l-ġrajja vera ta’ Abby Johnson li minn direttur ta’ klinika ta’ Planned Parenthood saret vuċi qawwija kontra l-abort u favur il-ħajja. Ta’ min jgħid li l-kliniċi tal-Planned Parenthood mhuma xejn ħlief postijiet fejn in-nisa tqal imorru biex jagħmlu abort. Continue reading “Unplanned – jikseb suċċess kbir”

Membri taż-ŻAK jispjegaw kif qed iwettqu fil-prattika dak li ħareġ mis-Sinodu

L-Erbgħa, 10 ta’ April 2019: F’laqgħa mal-Arċisqof Charles J. Scicluna, żgħażagħ membri taż-ŻAK għażlu li jkompli jiddiskutu xi punti li ħarġu mis-Sinodu dwar iż-Żgħażagħ, il-Fidi u d-Dixxerniment Vokazzjonali hekk kif il-Papa Franġisku ppreżenta l-eżortazzjoni appostolika ‘Christus Vivit’. Continue reading “Membri taż-ŻAK jispjegaw kif qed iwettqu fil-prattika dak li ħareġ mis-Sinodu”