Matul l-ewwel tlett ijiem tal-ġimgħa d-dieħla, mit-Tnejn 15 ta’ April sal-Erbgħa 17 ta’ April, Dun Anton Teuma ser ikun qed imexxi Lectio Divina fuq il-passjoni skont S.Ġwann.
Għal min minnkom jixtieq dawn il-laqgħat huma okkazjoni sabiha biex nippreparaw għall-jiem imqaddsa tal-Għid. Jistgħu jkunu wkoll ta’ għajnuna għal min ma kellux il-possibilita’ li jattendi għall-eżerċizzi fil-parroċċa. Il-laqgħat jibdew fit-8pm fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja.