F’Dun Mikiel Attard ma kienx hemm qasma bejn kontemplazzjoni u azzjoni

It-Tlieta, 16 ta’ April 2019: Fuq il-qabar tal-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard, l-għada tas-sittin anniversarju presbiterali tiegħu (is-Sibt 13 ta’ April 2019), l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ippropona lil dan is-saċerdot Għawdxi bħala “kontemplattiv fl-azzjoni”. Huwa stieden lis-saċerdoti preżenti “biex l-eżempji tiegħu, jekk ma jċanfruniex, almenu jistimulawna ħalli nirrevedu ftit il-ħajja Nisranija u ministerjali tagħna billi nerġgħu niskopru l-kordinati tal-ministeru saċerdotali li huma l-kontemplazzjoni u l-ħajja attiva”. Continue reading “F’Dun Mikiel Attard ma kienx hemm qasma bejn kontemplazzjoni u azzjoni”