Illum huwa l-jum ta’ min għandu l-għatx għal Ġesù mingħajr ma jaf

Il-Ħamis, 18 ta’ April 2019: Ħamis ix-Xirka, fis-6:00 p.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, saret it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej. Matul din il‑Quddiesa, fuq l‑eżempju ta’ Ġesù, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħasel riġlejn numru ta’ persuni. Fi tmiem il‑Quddiesa, l-Arċisqof wassal is‑Sagrament Imqaddes fil‑Kappella tar‑Ripożizzjoni, għall‑qima tal‑Insara. Continue reading “Illum huwa l-jum ta’ min għandu l-għatx għal Ġesù mingħajr ma jaf”

Imħabba feruta

Il-Ħamis, 18 ta’ April 2019: Ħamis ix-Xirka filgħaxija, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria saret it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej. Matul din il‑Quddiesa, fuq l‑eżempju ta’ Ġesù, l‑Isqof Mario Grech ħasel riġlejn numru ta’ persuni. Fi tmiem il‑Quddiesa, l-Isqof wassal is‑Sagrament Imqaddes fil‑Kappella tar‑Ripożizzjoni, għall‑qima tal‑Insara.

Continue reading “Imħabba feruta”

Min jiltaqa’ magħna qed jiltaqa’ ma’ xhud tal-fidwa ta’ Alla?

Il-Ħamis, 18 ta’ April 2019: Ħamis ix-Xirka, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l‑Quddiesa taż-Żjut, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Matul din il‑Quddiesa, flimkien mal‑Arċisqof, jikkonċelebraw saċerdoti djoċesani u reliġjużi li jġeddu l‑wegħdiet li għamlu dakinhar tal‑ordinazzjoni tagħhom. Continue reading “Min jiltaqa’ magħna qed jiltaqa’ ma’ xhud tal-fidwa ta’ Alla?”