Illum il-Mulej irid iġeddidna

Is‑Sibt, 20 ta’ April 2019: Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., l-Arċisqof mexxa l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ‑ċelebrazzjoni bdiet bit‑Tberik tan‑Nar ġdid fuq iz‑zuntier tal‑Konkatidral, u tkompliet bil-liturġija tal‑Kelma, il‑liturġija tal‑Magħmudija, u l‑liturġija tal‑Ewkaristija.

Matul din iċ-ċelebrazzjoni ġew amministrati s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lill-adulti. Continue reading Illum il-Mulej irid iġeddidna

L-Arċisqof jgħammed tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti

Is-Sibt, 20 ta’ April 2019: Illejla, waqt il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s-Sagramenti tad-Dħul fil-Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil tmien katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l-ħajja Nisranija. Continue reading L-Arċisqof jgħammed tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti