Laqgħa bis-suġġett: Kif ngħaddu valuri umani u kristjani lil uliedna?

Nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju fis-7.30pm fl-Istitut tal-Familja ser issir laqgħa għall-ġenituri u carers ta’ tfal u adolexxenti bis-suġġett: Kif ngħaddu valuri umani u kristjani lil uliedna? Il-kelliema ser ikunu Don Enrico Parolari (psikologu u psikoterapewta u Direttur tal-Konsultorju Psikoloġiku f’Milan, l-Italja) u Don Andrea Peruffo (psikologu u psikoterapewta u Direttur tal-Konsultorju Familjari f’Vicenza, l-Italja). Ikun hemm traduzzjoni mit-Taljan għall-Malti u anki min jieħu ħsieb it-tfal. Ara poster għal aktar dettalji … Continue reading Laqgħa bis-suġġett: Kif ngħaddu valuri umani u kristjani lil uliedna?

NIFIRĦU MA’ KRISTU

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Illum qegħdin niċċelebraw l-Għid il-Kbir li huwa l-akbar festa tal-Knisja.

Għandna raġun nifirħu ma’ Kristu. Il-qawmien tiegħu mill-mewt jurina biċ-ċar li huwa l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. Kieku kien bniedem straordinarju kien forsi jmur għall-passjoni u jmut, iżda żgur ma kienx iqum mill-mewt. Kristu biss seta jagħmel dan. Continue reading NIFIRĦU MA’ KRISTU