KLABB TAS-SAJF FL-ORATORJU DON BOSCO

L-Oratorju Don Bosco se jerġa’ jorganiżża Klabb tas-Sajf għat-tfal u l-istudenti bejn 4 snin u 13-il-sena matul is-sajf li ġej. Dan il-Klabb se jlaqqa’ diversi gruppi ta’ subien u bniet skont l-eta’ tagħhom għal diversi attivitajiet kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn id-9.00am u nofsinhar matul Lulju u Awwissu. Continue reading “KLABB TAS-SAJF FL-ORATORJU DON BOSCO”

Lectio Divina tat-2 Ħadd tal-Għid

Vanġelu (Ġw. 20. 19-31): Fil-Vanġelu tal-lum naqraw meta Ġesu deher lill-Appostli: l-ewwel, dak in-nhar li rxoxta filgħaxija, u t-tieni, ġimgħa wara.  Fl-ewwel laqgħa għandna l-Appostli barra Tumas, magħluqin fiċ-ċenaklu, imbeżżgħin għax barra hemm il-Lhud li ma riedu jafu xejn fuq Ġesu, u mhux għax kienu se jagħmlu għalihom.  F’dil-fażi l-Appostli qed jirrappreżentaw xi membri tal-Knisja li, quddiem tant paganiżmu u nuqqas ta’ twemmin li hemm fid-dinja, jingħalqu fihom infushom.  Fil-fatt, ħafna mill-pagani għandhom l-għatx għall-Kelma t’Alla u qed jistennewha bil-ħerqa.  Imma l-Appostli jibqgħu maqfulin għax għadhom ma ltaqgħux ma’ Kristu rxoxt. Continue reading “Lectio Divina tat-2 Ħadd tal-Għid”

IĊ-ĊAĦDA TAL-VERITÀ

2. It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Dawn inġabru flimkien max-xjuħ, ftiehmu bejniethom u taw lis-suldati kemxa flus ġmielha u qalulhom: “Għidu hekk, ‘Ġew id-dixxipli tiegħu bil-lejl u serquh waqt li konna reqdin.’ U jekk il-gvernatur jisma’ b’dan aħna nġagħluh jemmen u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet.” (Mt 28, 12-14). Continue reading “IĊ-ĊAĦDA TAL-VERITÀ”

And saw that the stone had been taken away from the tomb

How powerful is this verse that initiates the Gospel with which the Church jubilantly proclaims today’s solemnity of Easter Sunday! This first verse is taken from the penultimate chapter of Saint John, the chapter that speaks about Jesus’ resurrection and its rippling saving effects. Continue reading “And saw that the stone had been taken away from the tomb”