Ftit ħsibijiet fuq il-ħajja u l-esperjenza mistika

Kitba ta’ Joe Zammit

Matul il-kors tat-Teoloġija jiġu trattati diversi materji fundamentali u sekondarji għall-formazzjoni tas-saċerdot, imma ftit li xejn fuq il-ħajja u l-esperjenza mistika.

Li naf hu li Ruma kultant ikun hemm kors għas-saċerdoti fuq it-Teoloġija Mistika imma ftit huma s-saċerdoti li jħossu l-ħtieġa li jattendu għalih. Għalhekk, ħafna saċerdoti huma kompletament sajmin mit-tagħrif fuq il-ħajja u l-esperjenza mistika u dan jirriżulta f’indifferenza kbira min-naħa ta’ xi saċerdoti, biex ma ngħidx ukoll li whud jistgħu jkunu ukoll ostili, meta jisimgħu fuq persuni mistiċi. Continue reading “Ftit ħsibijiet fuq il-ħajja u l-esperjenza mistika”

IT-TAMA FIT-TIĠRIB

3. It-Tlieta tal-Ottava tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex (Ġw 20, 15).

F’din is-silta naraw lil  Marija ta’ Magdala tibki għax ħasbet illi kienu serqu lil  Ġesù, iżda fl-istess ħin kienet qiegħda titkellem miegħu. U proprju din hija l-esperjenza ta’ ħafna Nsara. Iħossuhom imbegħdin minn Ġesù għaliex ma jħossuhx iżda jkomplu jitolbu u mingħajr ma jindunaw, ir-relazzjoni ma’ Kristu tkun qiegħda tikber. Continue reading “IT-TAMA FIT-TIĠRIB”