ĠESÙ RXUXTAT JAGĦTINA L-PAĊI

5. Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Kif kienu għadhom qegħdin jitkellmu, huwa nnifsu waqaf f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom”(Lq 24, 36).

F’din is-silta naraw lil Ġesù Rxuxtat jagħti l-paċi lill-Appostli. U din hija l-garanzija għal dawk li jemmnu fil-qawmien ta’ Kristu. Mhux qed iwegħedna unuri u ħwejjeġ materjali, lanqas li l-affarijiet f’ħajjitna jmorru kollha kif nixtiequ aħna, imma li jkollna l-paċi “tiegħu” f’qalbna. Continue reading “ĠESÙ RXUXTAT JAGĦTINA L-PAĊI”