Niket li jinbidel f’hena

41. Il-Ġimgħa wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Fis- sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, intom għad tibku u tingħu, iżda d-dinja
għad tifraħ; għad tħossu n-niket, imma n-niket tagħkom għad jitbiddel f’hena (Ġw 16,20).

Hawnhekk Kristu qiegħed jitkellem fuq ix-xorti ta’ kulmin jimxi warajh. Din l-esperjenza kellha tkun morra għall-Appostli. Dawk li mxew warajh u li rawh jagħmel tant mirakli u ġid, rawh ukoll jgħaddi minn mewt umiljanti. Iżda Ġesù jgħidilhom li l-istorja tiegħu kellha tkun tagħhom ukoll aktar ‘l quddiem. Din hija x-xorti ta’ kull veru Nisrani fid-dinja. Hekk “in-niket tagħkom għad jinbidel f’hena” (Ġw 16, 20). Continue reading Niket li jinbidel f’hena

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-parroċċa ta’ Ħal Għargħur

Il-Ħamis, 30 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-parroċċa ta’ San Bartilmew f’Ħal Għargħur, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-operaturi pastorali u mal-komunità tal-patrijiet u s-sorijiet Franġiskani. L_Isqof se jbierek ukoll għand xi familji bħala parti mill-programm tal-parroċċa għat-tberik tal-Għid. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2019. Continue reading Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-parroċċa ta’ Ħal Għargħur

Rebħa għall-bnedmin kollha

40. Il-Ħamis wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

L-art kollha minn tarf għall-ieħor rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna (Salm 98,3).

Sa minn Għid il-Ħamsin meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli, il-Knisja bdiet ixxandar lil Kristu Rxuxtat. U dan huwa l-qofol tal-Kristjaniżmu jiġifieri li Kristu rebaħ. Kieku ħajtu spiċċat mal-passjoni u l-mewt tiegħu, Kristu kien ikun martri biss, iżda bil-qawmien ħareġ rebbieħ fuq il-mewt u d-dnub, biex jurina ċar li HU Alla li ġie biex isalva l-umanità kollha. Continue reading Rebħa għall-bnedmin kollha