Afrika: Spiritwalità awtentika tax-xogħol, mhux “reliġjon tal-prosperità”


Il-Ħamis 2 ta’ Mejju. Patri Donald Zagore, Teologu mill-Kosta tal-Avorju u membru tas-Soċjetà tal-Missjoni Afrikana fit-Togo, qal lill-Aġenzija Fides li “wasal iż-żmien fejn fl-Afrika tiġi żviluppata spiritwalità li għandha l-għeruq fil-pjan u l-viżjoni ta’ Alla għax-xogħol u għall-ħaddiem.”

large_u57W0BZUfHYlGAYeKQ323sjjkNiPuVzzbkrfIUgX0tE
Ritratt: World Economic Forum

Fil-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem li tiġi ċċelebrata madwar id-dinja kollha fl-1 ta’ Mejju, il-missjunarju Patri Zagore kompla jgħid, “jekk huwa minnu li x-xogħol isostni u jistgħana, huwa minnu wkoll li jeħles, iwwarrad u fuq kollox, jagħti glorja lil Alla. Ix-xogħol huwa sinjal tal-ubbidjenza tal-bnjiedem lejn Alla.”

Tista’ taqra iktar hawn.