The Archbishop’s Charity Concert


L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza l-ewwel edizzjoni ta’ ‘The Archbishop’s Charity Concert’ li se jsir nhar il-Ħadd 19 ta ‘Mejju fis-7pm, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

website.155747752219

F’dan il-kunċert klassiku se jieħdu sehem il-Venere Harp Trio u flimkien mal-kitarrista u l-kantanta Fiona Cauchi, li se jinterpretaw mużika sagra ta’ kull żmien, kemm antika kif ukoll moderna.

Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn u l-qligħ mid-donazzjonijiet fil-bieb se jmur b’risq il-Fond tal-Karità tal-Arċisqof li jgħin lill-familji u lill-persuni fil-bżonn.

Il-kunċert huwa appoġġjat minn APS Bank plc.