ALLA HUWA ĦANIN

25. L-Erbgħa wara r-Raba’ Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Għax jiena ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva lid-dinja (Ġw 12, 47).

Ġesù qiegħed jgħidilna f’dan il-vers li huwa ma ġiex biex jagħmel ħaqq mid-dinja imma biex isalva lill-bnedmin. U proprju din kienet il-missjoni ta’ Ġesù li jħabbeb lill-bniedem ma’ Alla permezz tal-inkarnazzjoni, ħajja, passjoni u mewt tiegħu. Min għandu l-idea li Alla qiegħed hemm biss biex jikkastiga u dak li jkun jgħix fil-biża’ li jintilef, għadu ma skopriex l-imħabba ta’ Alla. Continue reading ALLA HUWA ĦANIN