Inħallu lil Alla jissorprendina!

 Kitba ta’ Fr. Philip Cutajar OFMCap

“Inħallu lil Alla jissorprendina. Huwa qatt ma jgħejja jiftaħ beraħ il-bibien ta’ qalbu bil-għan jibqa’ kuljum jgħidilna u jerġà jgħidilna li jħobbna u li jrid jaqsam ħajtu magħna” (Misericordiae vultus, 25). Dan huwa kliem Papa Franġisku  li tahulna fil-Bolla ta’ Indizzjoni tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena (8 Diċembru 2015 – 20 Novembru 2016). Continue reading Inħallu lil Alla jissorprendina!

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa Ta’ Xbiex

Il-Ħadd, 19 Mejju 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib, f’Ta’ Xbiex, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-ġenituri tagħhom u l-katekisti, mal-komunità Tereżjana tal-parroċċa kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Il-Viżta Pastorali tintemm it-Tlieta, 21 ta’ Mejju 2019. Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi lill-parruċċani ta’ Ta’ Xbiex. Continue reading Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa Ta’ Xbiex

IT-TBATIJA GĦAL KRISTU ĠĠIBILNA FERĦ

28. Is-Sibt wara r-Raba’ Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Iżda d-dixxipli kienu mimlijin bil-ferħ u bl-Ispirtu s-Santu ( Atti 13, 52).

Naraw qabelxejn il-kuntest ta’ dan il-vers. San Pawl u San Barnaba kienu jippredkaw l-Vanġelu iżda l-Lhud qajmu persekuzzjoni kontrihom tant li tkeċċew ‘il barra minn Antijokja ta’ Pisidja. Titkeċċa ‘l barra minn ġo belt, bit-tgħajjir u ż-żufjett, mhix esperjenza sabiħa … Continue reading IT-TBATIJA GĦAL KRISTU ĠĠIBILNA FERĦ