Il-Papa f’Santa Marta: Il-paċi ta’ Ġesù tixbaħ il-kalma ta’ qiegħ il-baħar

It-Tlieta, 21 ta’ Mejju 2019: Kif jistgħu jintrabtu flimkien it-tbatijiet u l-persekuzzjonijiet li għadda minnhom San Pawl, li naqraw fil-paġna tal-Atti tal-Appostli tal-lum, bil-paċi li Ġesù jħalli b’wirt lid-dixxipli tiegħu fil-kliem li bih isellmilhom waqt l-Aħħar Ikla: ‘Inħallilkom is-sliem tiegħi, nagħtikom is-sliem tiegħi,’ illi nsibu fl-Evanġelju ta’ dalgħodu meħud minn San Ġwann? Kien proprju minn dil-mistoqsija li l-Papa Franġisku tnebbaħ biex jiżvolġi l-omelija li għamel fil-kappella tad-Dar Santa Marta. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: Il-paċi ta’ Ġesù tixbaħ il-kalma ta’ qiegħ il-baħar”