It-Tlieta, 28 ta’ Mejju 2019: ‘Jew inti żagħżugħ f’qalbek u f’ruħek, inkella m’intix Nisrani għal kollox.’ L-omelija tal-quddiesa li l-Papa ċċelebra llum fil-kappella tad-Dar Santa Marta kienet innu lill-ħajja, lill-vitalità, liż-‘żgħożija tal-Ispirtu’. Inkella nispiċċaw biex ninġarru mal-kurrent għajjien ta’ tant persuni ‘pensjonanti’ f’qalbhom, skoraġġiti minħabba d-diffikultajiet jew imdejqin ‘għax id-dnub ixejjaħ’. In-Nisrani jeħtieġ buffura ta’ ferħ li tiġi ‘mir-rigal il-kbir li ħallielna Ġesù: l-Ispirtu s-Santu’. Continue reading “Il-Papa f’Santa Marta: In-Nisrani jibqa’ dejjem żgħażugħ”