Il-MIXJA NISRANIJA

39. L-Erbgħa wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Baqagħli ħafna ħwejjeġ xi ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux terfgħuhom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tas-sewwa, imexxikom lejn is-sewwa kollu (Ġw 16, 12-13).

Jekk nidħlu fil-kuntest ta’ dawn il-kelmiet ta’ Kristu, naraw li qalhom qabel ma mar għall-passjoni biex jagħmel il-qalb lill-Appostli. Meta kien ser iħallihom, bl-ebda mod ma kienu ser jieqfu mill-mixja spiritwali li kienu bdew. Verament li Kristu kien sejjer għand il-Missier mnejn ġie, iżda hawn qiegħed iwegħidhom l-Ispirtu s-Santu. Continue reading Il-MIXJA NISRANIJA

Il-Papa f’Santa Marta: In-Nisrani jibqa’ dejjem żgħażugħ

It-Tlieta, 28 ta’ Mejju 2019: ‘Jew inti żagħżugħ f’qalbek u f’ruħek, inkella m’intix Nisrani għal kollox.’ L-omelija tal-quddiesa li l-Papa ċċelebra llum fil-kappella tad-Dar Santa Marta kienet innu lill-ħajja, lill-vitalità, liż-‘żgħożija tal-Ispirtu’. Inkella nispiċċaw biex ninġarru mal-kurrent għajjien ta’ tant persuni ‘pensjonanti’ f’qalbhom, skoraġġiti minħabba d-diffikultajiet jew imdejqin ‘għax id-dnub ixejjaħ’. In-Nisrani jeħtieġ buffura ta’ ferħ li tiġi ‘mir-rigal il-kbir li ħallielna Ġesù: l-Ispirtu s-Santu’. Continue reading Il-Papa f’Santa Marta: In-Nisrani jibqa’ dejjem żgħażugħ

Il-FIDI HIJA RIGAL

38. It-Tlieta wara s-Sitt Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Imbagħad tellagħhom id-dar tiegħu, għamlilhom mejda, u feraħ man-nies kollha ta’ daru talli kien emmen f’Alla (Atti 16, 34).

Forsi dan il-vers jidher sempliċi wisq, iżda jekk neħduh fil-kuntest tal-ewwel qari naraw li għandu sinifikat kbir. Fit-tieni safra missjunarja San Pawl flimkien ma’ Silas fil-belt ta’ Filippi, fil-Maċedonja, ġew mixħutin il-ħabs minħabba t-tħabbir tal-Vanġelu. Continue reading Il-FIDI HIJA RIGAL

Lectio Divina għas-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 24, 46-53): Fis-silta tal-lum naraw l-aħħar laqgħa ta’ Ġesu mad-dixxipli tiegħu. Dawn kienu fiċ-Ċenaklu u d-dixxipli t’Emmaws kienu għadhom kif waslu u kienu qed jirrakkuntaw l-esperjenza tagħhom. “Kif kienu għadhom jitħaddtu, Ġesu nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: Il-paċi magħkom” (Lq 24, 36). Continue reading Lectio Divina għas-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema. Sena “Ċ”