Kun strument li permezz tiegħu Ġesù jsejjaħ lil kull wieħed u waħda minna

Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2019: L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa tal-pussess ta’ Dun Josef Mifsud, l-arċipriet il-ġdid tal-parroċċa tas-Siġġiewi. Continue reading “Kun strument li permezz tiegħu Ġesù jsejjaħ lil kull wieħed u waħda minna”

B’qalb imħeġġa: il-prijoritajiet tal-Knisja fid-dawl ta’ Għemmaws

L-ikona ta’ Għemmaws iddawwal il-viżjoni tagħna bħala Knisja fis-soċjetà ta’ żmienna.  L-esperjenza taż-żewġ dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws hija l-ġrajja li Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ppreżenta għar-riflessjoni tagħna fil-bini u t-twettiq ta’ pjan pastorali għad-djoċesi tagħna. Continue reading “B’qalb imħeġġa: il-prijoritajiet tal-Knisja fid-dawl ta’ Għemmaws”

Lectio Divina għas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

Vanġelu (Ġw 14: 15-16. 23-26): Ġesu jkompli bid-diskors tiegħu fl-Aħħar Ċena.  Ġwanni jpoġġi xi mistoqsijiet f’fomm id-dixxipli. Ħafna minna żgur li xi drabi saqsejnihom lill-Mulej.  E.g. Pietru: “Fejn sejjer, Mulej. Għax ma nistax niġi miegħek issa?” (Ġw 13, 36-37). Tumas: “Mulej, aħna ma nafux fejn sejjer, kif nistgħu nkunu nafu t-triq?” (14, 5). Filippu: “Mulej, urina l-Missier u jkun biżżejjed għalina” (14, 8).  Ġesu jwieġeb: “Min ra lili ra l-Missieri,” i.e. min jikkuntempla l-wiċċ ta’ Kristu, jasal biex jagħraf lill-Missier. Continue reading “Lectio Divina għas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin”

L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, Għajnsielem

Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju 2019: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, Għajnsielem. Bil-kortesija ta’ Radju Lawretana.

Missjoni li tibqa’ titwettaq

43. TLUGĦ IL-MULEJ FIS-SEMA

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Wara li Ġesù qam mill-mewt baqa’ jidher lill-Appostli u lid-dixxipli għal erbgħin jum. Iżda fl-aħħar wasal il-waqt li kellu jħalli d-dinja u “kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla” (Mk 16, 19). Continue reading “Missjoni li tibqa’ titwettaq”