Aktar dwar il-Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu


Kif ħabbarna fil-jiem li għaddew, għall-okkażjoni tal-400 anniversaju tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu u fil-183 anniversarju mis-Sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, ser isir Pellegrinaġġ Nazzjonali lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb, Għawdex. 

ta-pinu-3981172_960_720.jpgIl-pellegrinaġġ, organizzat mid-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex ser isir is-Sibt 22 ta’ Ġunju 2019 u jilħaq il-qofol tiegħu b’quddiesa pontifikali mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqfijiet Maltin l-oħra u ma’ għadd ta’ saċerdoti.

L-Arċiprieti u l-Kappillani f’Malta ġew mitluba jorganizzaw trasport kollu mill-parroċċi rispettivi tagħhom sas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex u lura lejn il-parroċċa. 

Infakkru li l-vapur lejn Għawdex jitlaq fit-8.00 ta’ filgħodu u niġu lura ma’ dak tas-siegħa nieqes kwart ta’ wara nofsinhar (12.45pm) għalkemm hemm numru ta’ parroċċi li ser jitilqu qabel u jirriturnaw lura aktar tard.

Għal aktar taghrif tistgħu tiktbu email fuq lajċi@malta diocese.org.

 

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.