Sette Giugno: L-Arċisqof jappella lill-Maltin biex ma joħolqux vittmi bl-inġustizzja u bl-odju ta’ bejniethom

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju 2019: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-vittmi tas-Sette Giugno 1919, Carmelo Abela, Manuel Attard, Ġużè Bajada u Wenzu Dyer, fil-Knisja taċ-Ċimiterju ta’ Sidtna Marija Addolorata f’Raħal Ġdid, f’għeluq il-mitt sena mill-ġrajja. Continue reading Sette Giugno: L-Arċisqof jappella lill-Maltin biex ma joħolqux vittmi bl-inġustizzja u bl-odju ta’ bejniethom

Ġesù jaħtar lil San Pietru bħala kap tal-Knisja

44. Il-Ġimgħa wara s-Seba’ Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Irgħa n-nagħaġ tiegħi (Ġw 21, 17)

Din hija silta qasira li tfisser ħafna. Jekk neħduha fil-kuntest naraw li Ġesù staqsa lil San Pietru għal tliet darbiet jekk iħobbux. Għall-ewwel tweġiba fl-affermattiv, Ġesù qallu biex jieħu ħsieb il-ħrief tiegħu. Għaż-żewġ mistoqsijiet oħrajn jekk iħobbux, meta Pietru wieġeb fl-affermattiv mill-ġdid, Ġesù qallu biex jirgħa n-nagħaġ tiegħu. Continue reading Ġesù jaħtar lil San Pietru bħala kap tal-Knisja