Insara minn Knejjes differenti jfaħħru lil Alla flimkien bil-kant

Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju 2019, Insara minn Knejjes differenti ser jiltaqgħu fit-Teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara sabiex flimkien ifaħħru lil Alla bil-kant. Il-laqgħa tibda fis-6.30 pm.  Fil-filmat qasir ta’ hawn taħt, Fr Hector Scerri, President tal-Kummissjoni Ekumenika Maltija jitkellem dwar din il-laqgħa li għaliha huwa mistieden kulħadd. Continue reading “Insara minn Knejjes differenti jfaħħru lil Alla flimkien bil-kant”

Il-ġrajjiet ta’ Kristu u l-Vanġeli

44. Is-Sibt wara s-Seba’ Ħadd tal-Għid

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Li kieku wieħed jikteb kollox ħaġa ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu (Ġw 21, 25).

Mhux ser nidħol fid-dettall letterarju/metaforiku ta’ kif ifissru l-Biblisti dan il-vers. L-importanti mhux kemm tesa’ kotba d-dinja (!) imma kemm id-dinja hija lesta li timtela’ bit-tagħlim tal-Vanġelu. Continue reading “Il-ġrajjiet ta’ Kristu u l-Vanġeli”