Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Għid il-Ħamsin 2019

Il‑Ħadd, 9 ta’ Ġunju 2019: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid il‑Ħamsin fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matulha amministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u l‑parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu ta’ Tas‑Sliema. Continue reading “Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Għid il-Ħamsin 2019”

L-Ispirtu s-Santu jġib il-għaqda

50. Għid il-Ħamsin

Kitba ta’ Angelo Xuereb

Għaddew ħamsin ġurnata mill-festa tal-Għid u llum qegħdin niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.

L-Atti tal-Appostli jgħidilna li l-Appostli kienu miġbura f’post wieħed u f’daqqa waħda ġie mis-sema bħal riħ qawwi u mela d-dar kollha fejn kienu qegħdin. U dehrulhom ilsna qishom tan-nar li qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Din kienet il-miġja tal-Ispirtu s-Santu li Ġesù kien wegħidhom qabel ħalliehom. Dakinhar dehret fil-beraħ il-Knisja. Continue reading “L-Ispirtu s-Santu jġib il-għaqda”